Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – DTL vs UASI – Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria)
(Kawża T-188/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Solaria – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOLARTIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 45, 52)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL u DTL Corporación, SL. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | DTL Corporación, SL |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali Solaria għal servizzi fil-klassijiet 37, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 5153325 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Gestiόn de Recursos y Soluciones Empresariales, SL |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark figurattiva Spanjola li tinkludi l-element verbali SOLARTIA Nru 2689747 għal servizzi fil-klassijiet 37 u 42 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa parzjalment |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | DTL Corporación, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |