Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

(Kawża T-125/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM), Inc. u PP Gappol Marzena Porczyńska.

Dispożittiv

Ma għadx hem lok li tingħata deċiżjoni.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn PP Gappol Marzena Porczyńska u minn Gap (ITM), Inc.

____________

1     ĠU C 142, 12.05.2014.