Language of document : ECLI:EU:T:2010:220





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2010 – Procaps vs UASI – Biofarma (PROCAPS)

(Kawża T-35/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROCAPS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PROCAPTAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 62, 66, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2008 (Każ R 867/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biofarma SAS u Procaps, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Procaps, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PROCAPS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, 39, 40, 44 – Applikazzjoni Nru 3519394

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Biofarma SAS

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali PROCAPTAN għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud parzjalment

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Procaps SA hija kkundannata għall-ispejjeż.