Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva etossikina - Nuqqas ta' inklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-etossikina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/UE, tat-3 ta' Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71) kif ukoll, jekk ikun il-każ, miżuri provviżorji oħra.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________