Language of document : ECLI:EU:T:2014:1069





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑269/11)

“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva etossikina — Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza — Regolament (KE) Nru 2229/2004 — Regolament (KE) Nru 33/2008 — Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi”

1.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 41-43, 62)

2.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Sussistenza ta’ inċertezza xjentifika dwar l-innokwità ta’ sustanza — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Portata (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 54-58)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Portata — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 — Dritt li tiġi ppreżentata data addizzjonali matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni — Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 33/2008, Artikolu 18(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2); Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 107, 108, 116)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ċertezza legali — Kunċett — Leġiżlazzjoni svaforevoli għall-individwi — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni (ara l-punt 127)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet (ara l-punt 128)

6.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tal-imsemmija direttiva — Nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti li tippermetti li tiġi konkluża l-assenza ta’ riskji — Konsegwenzi kkawżati għall-impriża li titlob l-inklużjoni f’termini ta’ spejjeż ta’ preparazzjoni ta’ fajl ġdid u telf ta’ dħul kummerċjali — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikolu 5(1), u Anness I) (ara l-punti 136‑138, 143, 151)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/UE, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xeda International SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.