Language of document : ECLI:EU:T:2015:656





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2015 –
Spanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑841/14)

“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji – Ammont tal-interessi moratorji – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tistieden b’mod formali lil Stat Membru biex iħallas interessi moratorji fil-kuntest tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ riżorsi proprji tradizzjonali – Esklużjoni – Ittra li ma tipproduċix effetti legali vinkolanti – Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436) (ara l-punti 13‑15, 29‑42, 44, 47)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Obbligu ta’ iskrizzjoni favur il-kont tal-Kummissjoni – Iskrizzjoni tardiva – Obbligu li jitħallsu interessi moratorji (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikoli 9(1), u 11(1)) (ara l-punti 16‑18)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikoli 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikoli 2(1)(a), u 8(1)) (ara l-punti 22‑28)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3486706, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar applika l-Artikolu 11 tar-Regolament, emendat, tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, p. 1), u stabbilixxiet fl-ammont ta’ EUR 3 172 388.46 l-interessi moratorji li għandhom jitħallsu mir-Renju ta’ Spanja, mhux iktar tard mill-aħħar ġurnata ta’ xogħol tat-tieni xahar wara li ntbagħtet l-imsemmija ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.