Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – Galván Fernández-Guillén vs SRB

(Kawża T-340/20) 1

(Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (MRU) – Riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tas-SRB li jirrifjuta li jagħti kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżura ta’ riżoluzzjoni – Dritt għall-proprjetà – Drittijiet tad-difiża – Valorizzazzjoni tad-differenza fit-trattament – Indipendenza tal-evalwatur)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José María Galván Fernández-Guillén (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: M. Fernández Rupérez, A. Lapresta Bienz, L. Forestier u J. Rius Riu, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, V. Del Pozo Espinosa de los Monteros u L. Hesse, avukati)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tas-17 ta’ Marzu 2020, intiż sabiex jiġi ddeterminat jekk kumpens għandux jingħata lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni meħuda fil-konfront ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

José María Galván Fernández-Guillén huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.