Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2024 – “Cityland” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo

(Kawża C-164/24, Cityland)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: “Cityland” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2(b) tal-Artikolu 106(2) u tal-punt 3 tal-Artikolu 176 taż-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) imorru kontra l-Artikolu 213(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 ?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 213(1) tad-Direttiva 2006/112 għandha effett dirett?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikoli 213(1) u 273 tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità jippermettu l-esklużjoni mis-sistema tal-VAT fil-każ ta’ ksur formali tal-liġi mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-mument li fih ikun twettaq il-ksur, it-tip ta’ ksur, l-aġir l-ieħor tal-persuna kkonċernata u l-eżistenza ta’ ċirkustanzi suġġettivi oħra bħalma hija l-eżistenza ta’ tilwima kummerċjali dwar in-nuqqas li t-taxxa dovut titħallas fil-ħin?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikoli 213(1) u 273 tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jippermettu l-esklużjoni mis-sistema tal-VAT flimkien mal-impożizzjoni ta’ interessi għall-ħlas tard tat-taxxa ddikjarata, u dan mingħajr mal-awtorità fiskali ma tkun obbligata tanalizza t-tip u n-natura tal-attività tal-kumpannija, l-aġir tagħha persuna taxxabbli u s-severità ta’ kull waħda mill-miżuri proposti?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.