Rikors ippreżentat fis - 7 ta' Mejju 2007 - COFAC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-159/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: COFAC - Cooperativa de Formação e Animação Cultural, crl (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: Luís Gomes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla, skond l-Artikolu 230 KE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005)13066, tat-3 ta' Ġunju 2005, li tnaqqas l-ammont ta' l-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni Nru C(87) 0860, tat-30 ta' April 1987 (każ Nru 880927 P1)
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħall dawk invokati fil-kawża T-158/07
____________