Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 – Adeva vs EUIPO – Sideme (MAISON CAVIST.)
(Kawża T-313/23)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Adeva (Mitry-Mory, Franza) (rappreżentant: S. Drillon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Industrielle d’Equipement Moderne SA (Sideme) (Levallois-Perret, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAISON CAVIST.” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 293 519
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1623/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell ippreżentat mill-kumpannija Adeva;
tiċħad kompletament it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “MAISON CAVIST.” Nru 18 293 519 imressqa minn Sideme.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________