Language of document : ECLI:EU:T:2010:123

Kawżi magħquda T-5/08 sa T-7/08

Société des produits Nestlé SA

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw kikkra u kafeni — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Sommarju tas-sentenza

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

1.      Meta trade mark komposta hija kkostitwita permezz tat-tqegħid ta’ element u ta’ trade mark oħra fejn xulxin, din it-trade mark tal-aħħar, anki jekk ma hijiex l‑element dominanti fit-trade mark komposta, tista’ tikkonserva pożizzjoni distintiva awtonoma fit-trade mark komposta. F’tali każ, it-trade mark komposta u din it-trade mark l-oħra, riprodotta identikament fit-trade mark komposta, jistgħu jitqiesu li jixxiebhu għall-finijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

Fis-sitwazzjoni fejn it-trade mark preċedenti ma hijiex riprodotta identikament fit‑trade mark sussegwenti, huwa wkoll possibbli li s-sinjali inkwistjoni jkunu simili minħabba x-xebh bejn it-trade mark preċedenti u element tat-trade mark sussegwenti li għandu pożizzjoni distintiva awtonoma.

(ara l-punt 60)

2.      Filwaqt li huwa minnu li għandu jiġi eżaminat il-karattru distintiv ta’ element ta’ trade mark kumplessa mill-istadju tal-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali, sabiex jiġu ddeterminati l-elementi dominanti possibbli tas-sinjal, il-livell ta’ karattru distintiv tat-trade mark preċedenti huwa wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja. Għalhekk, ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell possibbilment dgħajjef tal-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti fl-istadju tal-evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali.

(ara l-punt 65)