Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 - Pfizer vs UASI - Isdin (FOTOPROTECTOR ISDIN)

(Kawżi magħquda T-354/07 sa T-356/07)1

("Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, Kent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, avukati, u M. Hawkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Isdin, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Suġġett

Tlett rikorsi mressqa kontra d-deċiżjonijiet ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-28 ta' Ġunju 2007 (Każijiet R 567/2006-1, R 566/2006-1 u R 565/2006-1, rispettivament) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Pfitzer Ltd u Isdin, SA.

Dispożittiv

M'hemmx aktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Isdin, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). Pfizer Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.