Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2009 - Il-Kummissjoni vs Rednap

(Kawża T-352/07)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tar-raba' programm-qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni - Proġetti Rise u Healthline - Nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Enegren, aġenti)

Konvenuta: Rednap AB (Malmö, l-Iżveżja)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb ir-rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità fil-kuntest tal-kuntratti DE 3010 (DE) Rise u HC 4007 (HC) Healthline, kif ukoll il-ħlas ta' interessi għal dewmien.

Dispożittiv

Rednap AB hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont ta' EUR 334 375.49.

Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 219 125.22 mill-1 ta' Ġunju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.

Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 115 250.27 mill-31 ta' Mejju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.

Rednap hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.