Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2008 -Tsarnavas vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassilios Tsarnavas (Glyfada, il-Greċja) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża li tikseb kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999, u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas dan l-ammont.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-14 ta' Awwissu 2007 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jinkiseb kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999;
safejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fl-14 ta' Novembru 2007;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999, wara s-sentenza mogħtija fid-19 ta' Marzu 2003 (T-188/01 u t-189/01);
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________