Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/08) 1

(“Sistema lingwistika – Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti – Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali – Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali – Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha – Lingwa tal-eżamijiet – Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali, minn naħa, EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u, min-naħa l-oħra, EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 16 A, rispettivament p. 1 u p. 16).

Dispożittiv

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008, huma annullati.

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 142, 7.6.2008.