Language of document : ECLI:EU:T:2013:422





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 —
L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑142/08)

“Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa minntliet lingwi uffiċjali”

1.                     Uffiċjali — Kompetizzjoni — Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni sħiħa fil-Ġurnal Uffiċjal biss f’ċerti lingwi uffiċjali u avviż fil-qosor fil-lingwi kollha — Inammissibbiltà — Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1) u (6); Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 5) (ara l-punti 24-30)

2.                     Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi speċifiċi — Motivazzjoni — Ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess tas-servizz — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1) u (6), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, u Artikolu 28(f); Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 35-41)

3.                     Rikorsi tal-uffiċjali — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Aspettattiva leġittima tal-kandidati magħżula — Assenza ta’ kontestazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punti 50, 51)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali, minn naħa, EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u, min-naħa l-oħra, EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat‑23 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 16 A, rispettivament, p. 1 u 16).

Dispożittiv

1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat‑23 ta’ Jannar 2008, huma annullati.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.