Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2009 - Alber vs UASI (Manku)

(Kawża T-391/07)

["Trade mark Komunitarja - Aplikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Manku - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Prinċipju tal-eżami tal-fatti ex officio - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alfons Alber (Verano, l-Italja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Awwissu 2007 (Każ R 361/2007-4), kif ukoll kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI, tas-16 ta' Jannar 2007, f'dan l-istess każ, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4396727 għal ċerti prodotti koperti minnha.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Alfons Alber huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 315, 22.12.2007.