Language of document :

Appell imressaq fil-11 ta' Ottubru 2007 minn Michael Alexander Speiser kontra d-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħti fl-10 ta' Settembru 2007 fil-kawża F-146/06, Speiser vs Il-Parlament

(Kawża T-390/07 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Alexander Speiser (Ixelles, il-Belgju) (rappreżentant: F. Theumer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla kompletament il-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tannulla l-punt 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, safejn ma tordnax lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-10 ta' Settembru 2007 fil-kawża F-146/06, Speiser vs Il-Parlament, li biha l-applikazzjoni tar-rikorrent ġiet miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

Ir-rikorrent isostni, in sostenn ta' l-appell tiegħu, l-ewwel nett, li l-provi li kienu rilevanti għad-deċiżjoni ppreżentati miż-żewġ partijiet f'parti ma ġewx evalwati, u evalwati kuntradittorjament u/jew mhux evalwati kif suppost. Huwa jsostni ulterjorment li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli japplika l-prinċipji ta' bona fide u amministrazzjoni tajba għad-deċiżjoni kollha. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li, fid-deċiżjoni kkontestata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tbiegħed mid-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2006 fil-kawża F-101/05, Grundheid vs Il-Kummissjoni.

____________