Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2008 - Speiser vs Il-Parlament

(Kawża T-390/07 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Ammissibbiltà - Allowance ta' espatrijazzjoni - Deċiżjoni purament konfermattiva - Ilment tardiv")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Michael Alexander Speiser (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Theumer, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment A. Lukošiūtė u N. Lorenz, u wara A. Lukošiūtė u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Settembru 2007, Speiser vs Il-Parlament (F-146/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż li sostniet fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 297, 8.12.2007.