Language of document : ECLI:EU:T:2009:336





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Alber vs UASI (Manku)

(Kawża T-391/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Manku – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 75 tar‑Regolament Nru 207/2009] – Prinċipju ta’ eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet assoluti għal rifjut ‑ Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 50-62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 361/2007-4), kif ukoll kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2007, f’dan l-istess każ, sa fejn hija tiċħad l‑applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4396727 għal ċerti prodotti koperti minnha.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Alfons Alber

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta manku għal prodotti fil‑klassijiet 6 u 8 – Trade mark Nru 4396727

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfons Alber huwa kkundannat għall-ispejjeż.