Language of document : ECLI:EU:T:2010:177





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tas-6 ta’ Mejju 2010 – Comune di Napoli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/07)

“FEŻR – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Proġett pilota urban dwar l-implementazzjoni ta’ network ta’ siti telematiċi għall-belt ta’ Napoli – Kunċett ta’ irregolarità – Infiq eliġibbli”

1.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament Komunitarju - Deċiżjoni li għajnuna finanzjarja titnaqqas minħabba irregolaritajiet - Irregolarità - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24(2) u (3)) (ara l-punti 46-48, 54-58, 161)

2.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament Komunitarju - Talba għal bdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali ppreżentata minn korp li bbenefika minn għajnuna - Obbligu tal-Kummissjoni li twieġeb f’terminu raġonevoli - Kriterji ta’ evalwazzjoni (ara l-punti 88-92)

3.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Deċiżjoni li għajnuna finanzjarja titnaqqas - Ammont ta’ tnaqqis iffissat mingħajr ma ttieħdet inkunsiderazzjoni l-eżekuzzjoni tal-proġett u l-ineżistenza ta’ frodi jew ta’ intenzjoni doluża - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24, u Nru 2988/95, Artikolu 2) (ara l-punti 146-148, 152-154)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju - Assenza - Rikors infondat fid-dritt (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 174-178)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Responsabbiltà li tirriżulta minn att legali - Prinċpju mhux rikonoxxut fid-dritt Komunitarju - Motivi intiżi li jistabbilixxu dannu anormali u speċjali u rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-imsemmi att - Motivi ineffettivi (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 184-188)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3893, tat-8 ta’ Awwissu 2007, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 4254/88, emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2083/93, lill-belt ta’ Napoli (l-Italja) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni PH/1997/2761 li approvat l-għajnuna tal-FEŻR fil-kuntest ta’ Proġett Pilota Urban Nru 97. 05. 29. 002, kif ukoll, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-dannu allegatament miġrub mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Comune di Napoli huwa kkundannat għall-ispejjeż.