Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2023 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-650/20 – KD vs EUIPO

(Kawża C-528/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Lekan, A. Lukošiūtė, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: KD

B’digriet tal-11 ta’ April 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.

____________