Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-14 ta’ Frar 2024 – DK, JO vs État belge

(Kawża C-119/24, Chefquet 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DK, JO

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 45 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tal-code des impôts sur les revenus (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul) tal-10 ta’ April 1992 (Moniteur belge tat-30 ta’ Lulju 1992, p. 17120), sa fejn dan l-artikolu jissuġġetta lill-kontribwent mhux residenti għal suppliment tat-taxxa tal-Istat ta’ 6-7 % meta mqabbla ma’ dik li jħallas kieku kien jgħix fir-Renju tal-Belġju; suppliment stabbilit b’analoġija għat-taxxa lokali li l-agglomerazzjonijiet u l-muniċipalitajiet Belġjani jimponu fuq l-abitanti tar-Renju tal-Belġju li għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom f’dawn l-agglomerazzjonijiet u muniċipalitajiet?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.