Language of document : ECLI:EU:T:2008:10





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008 – Inter‑Ikea vs UASI – Waibel (idea)

(Kawża T-112/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva Komunitarja idea – Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti IKEA – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 80-81, 85)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-10 ta’ Frar 2006 (Każ R 80/2005) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inter-Ikea Systems BV u Walter Waibel.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva idea għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20 u 42 – Applikazzjoni Nru 283952

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Walter Waibel

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Inter-Ikea Systems BV

Trade marks ta’ min qed jitlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Diversi trade marks Komunitarji u nazzjonali, figurattivi u verbali għal prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazjoni:

Trade mark idea ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Talba miċħuda



Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inter-Ikea Systems BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Walter Waibel fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta’ l-Appell.