Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ġunju 2010 - Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)

(Kawża T-315/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SAFELOAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oliver Hoelzer (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother, J. Vogtmeier, P. Mes, C. Graf von der Groeben, J. Bühling, A. Verhauwen, J. M. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SAFELOAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Oliver Hoelzer huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 7.11.2009.