Language of document : ECLI:EU:T:2010:47





Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (L‑Ewwel Awla) tat‑23 ta’ Frar 2010 – Özdemir vs UASI – Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)

(Kawża T‑11/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali James Jones – Trade mark Komunitarja verbali proċedenti JACK & JONES – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet relattivi għal rifjut ‑ Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ‑ Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d‑deċiżjoni tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal‑UASI tat‑3 ta’ Novembru 2008 (Każ R 858/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aktieselskabet af 21. november 2001 u Rahmi Özdemir.

Informazzjoni dwar il‑kawża

Applikant għat‑trade mark Komunitarja:

Rahmi Özdemir

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali James Jones għal prodotti fil‑klassi 25

Proprjetarju tat‑trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Aktieselskabet af 21. november 2001

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Reġistrazzjonijiet tat‑trade mark Komunitarja Nru 1107747, trade mark verbali JACK & JONES, għal prodotti fil‑klassijiet 3, 18 u 25; tat‑trade mark Brittanika Nru 2063437, trade mark verbali JACK & JONES għal prodotti fil‑klassi 25; tat‑trade mark tal‑Benelux Nru 474622, trade mark verbali JACK & JONES għal prodotti fil‑klassi 25; u trade mark Daniża Nru VR 1990 06569, trade mark verbali JACK & JONES għal prodotti fil‑klassi 25

Deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Fondatezza tal‑oppożizzjoni kkonfermata fir‑rigward tal‑prodotti kkonċernati kollha

Deċiżjoni tal‑Bord tal‑Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir‑rikors huwa miċħud.

2)

Rahmi Özdemir huwa kkundannat għall‑ispejjeż.