Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Ottubru 2012 - Novatex vs Il-Kunsill

(Kawża T-556/10) 

["Sussidji - Importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan umill-Emirati Għarab Magħquda - Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Artikolu 3(1) u (2), Artikolu 6(b), u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novatex Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, M. França u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta' Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta' Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Novatex Ltd, sa fejn id-dazju kumpensatorju definittiv għall-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' polyethylene terephthalate fl-Unjoni Ewropea jeċċedi lil dak applikabbli fin-nuqqas tal-iżball relatat mal-ammont indikat fil-linja 74 tad-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena ta' tassazzjoni 2008.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u 50 % ta' dawk sostnuti minn Novatex. Novatex għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.