Language of document : ECLI:EU:T:2012:262





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — JBF RAK vs Il-Kunsill

(Kawża T-555/10)

“Sussidji — Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda — Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju — Artikolu 11(8), Artikolu 15(1) u Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi — Impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv — Żball fil-kalkolu wara informazzjoni żbaljata pprovduta mill-esportatur prinċipali (Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikoli 15(1) u 30(1)) (ara l-punti 37-42, 65, 66)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Komunikazzjoni lill-partijiet ikkonċernati tal-informazzjoni miġbura — Osservazzjonijiet tal-partijiet fuq l-informazzjoni finali — Obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikolu 30(1)(2) u (5)) (ara l-punti 68-87)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Setgħat tal-Kummissjoni — Limiti — Obbligu ta’ kooperazzjoni ta’ impriżi indirizzati minn ilment — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikoli 11(2) u 26) (ara l-punt 80)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Obbligu ta’ verifika tal-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikolu 11(8)) (ara l-punti 97‑101, 104, 105)

5.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ diliġenza — Proċedura amministrattiva — Investigazzjoni relatata mal-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi — Portata (ara l-punti 112, 113)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JBF RAK LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.