Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/13) 1

[“Sistema lingwistika – Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU 2013, C 82 A, p. 1), kif ukoll tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament (ĠU 2013, C 82 A, p. 6).

Dispożittiv

Ir-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u r-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament, hekk kif in-natura u l-kontenut tagħhom ġie identifikat fil-punti 68 sa 70 ta’ din is-sentenza, huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

Ir-Renju ta’ Spanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tagħha.

____________

1 ĠU C 207, 20.7.2013.