Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fit13 ta’ Marzu 2024 ND vs Garrapatica AB

(Kawża C199/24, Garrapatica)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tarrinviju

Attunda tingsrätt

Partijiet filkawża prinċipali

Rikorrent: ND

Konvenut: Garrapatica AB

Domandi preliminari

L-Artikolu 85(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 talParlament Ewropew u talKunsill tas27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)  jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jadottaw miżuri leġiżlattivi flimkien ma’ dawk li għandhom jadottaw skont l-Artikolu 85(2) tar-regolament li jikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet oħra minbarra dawk ġurnalistiċi jew għall-finijiet ta’ espressjoni akkademika, artistika jew letterarja?1

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 85(1) tal-GDPR jippermetti r-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont dak ir-regolament mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, li jimplika li l-uniku rimedju ġudizzjarju disponibbli għal persuna li d-data personali tagħha tiġi pproċessata billi l-kundanni kriminali fil-konfront ta’ dik il-persuna jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet, bi ħlas, huwa l-ftuħ ta’ proċeduri kriminali għal malafama jew azzjoni għad-danni għal malafama?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda: Attività li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet bi ħlas, mingħajr ipproċessar jew modifika, ta’ dokumenti pubbliċi fil-forma ta’ kundanni kriminali tista’ tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 85(2) tal-GDPR?

____________

1  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.