Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 - Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syndicat des thoniers méditerranéens (Marsilja, Franza), Jean-Luc Buono, Gérard Buono, Marc Carreno, Roger Louis Paul Del Ponte (Balaruc les Bains, Franza), Serge Antoine Di Rocco (Frontignan, Franza), Jean Louis Donnarel, Jean-François Flores, Jean Louis Etienne Jalabert (Sigean, Franza), Jean Gérald Lubrano (Marsilja, Franza), Gérald Jean Lubrano (Balaruc les Bains, Franza), Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin, Jean-Marc Penniello, Serge Antoine José Perez (Sorède, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest tal-konsegwenzi tal-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran ;

kumpens għad-danni skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà ; dan il-kumpens għal danni huwa kkalkulat abbażi tal-elementi ta' provi mehmuża u oħrajn li qed jiġu stabbiliti; huma kkalkulati f' Euro ;

Buono Jean-Luc u Gérard 323 053 jew 564 956 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Carreno Marc EUR 1 simboliku;

Del Ponte Roger 518 707 jew 703 707 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Di Rocco Serge 388 047 jew 634 207 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Donnarel Jean-Louis 351 685;

Flores Jean-François EUR 1 simboliku ;

Jalabert Jean Louis Etienne 144 643;

Lubrano Jean u Lubrano Jean Lucien 212 358;

Lubrano Jean-Gérald 237 160 jew 474 320 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Lubrano Gérald 213 588;

Marin Fabrice et Marin Robert 466 665 jew 610 820 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Marin Hervé, Marin Nicolas, Marin Robert, Marin Sébastien EUR 1 simboliku ;

Penniello Jean-Marc 624 000;

Perez Serge Antoine 54 645;

kumpens għad-danni morali lil STM skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà fl-ammont ta' EUR 30 000 li ser jintuża biex jinforma lis-soċi dwar id-dritt u r-regolamenti Komunitarji tas-Sajd ;

ħlas lura tal-ispejjeż kollha tal-avukat, tal-proċedura, tal-marixxall tal-qorti, tal-ispediment u tal-fornituri u tal-fotokopji neċessarji għall-proċedura preżenti li tagħhom ser tiġi pprovduta lista.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, sajjieda, kif ukoll is-sindakat tagħhom, qed jitolbu kumpens għad-danni li huma jħossu li sofrew minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/20081 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jipprojbixxi s-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera Griega, Taljana, Ċiprijotta, Maltija jew Spanjola jew li huma rreġistrati f'dawn l-Istati Membri.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw numru ta' motivi u argumenti li huma rispettivament ibbażati fuq:

ksur tal-prinċipji tal-Kodiċi ta' prattika amministrattiva tajba anness mar-regolament tal-proċedura tal-Kummissjoni, inkwantu l-Kummissjoni ma organizzatx laqgħat mas-sindakat tat-tonn tal-Baħar Mediterran, għalkemm hija kienet wegħdet li jsir hekk;

nuqqas ta' kumpens għad-danni lir-rikorrenti li ġew ipprojbiti milli jistadu għalkemm il-kwota tagħhom ma kinitx għadha ntlaħqet;

il-fatt illi l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux sempliċement riskju inerenti lis-settur tal-attività li r-rikorrenti għandhom isofru mingħajr kumpens għad-danni;

nuqqas ta' prova tal-bżonn tal-miżuri meħuda, għaliex huma ttieħdu abbażi ta' estrapolazzjonijiet matematiċi li ma jistgħux jitqiesu li għandhom in-natura ta' prova;

il-fatt li l-miżuri inkwistjoni mhumiex imfassla fuq theddida gravi ;

ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, inkwantu r-regolament li pprojbixxa s-sajd għat-tonn ġie adottat fi żmien qasir ħafna u annulla d-dispożizzjonijiet li jiftħu l-istaġun tas-sajd;

ksur tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea2, b'mod partikolari mid-dritt għax-xogħol u d-dritt għall-proprjetà

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p.9)

2 - ĠU 2000, C 364, p. 1