Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010 - M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-568/08 u T-573/08)1

"Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Għajnuna maħsuba mir-Repubblika Franċiża favur France Télévisions - Għoti ta' kapital ta' EUR 150 miljun - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Kriterju ta' proporzjonalità - Nuqqas ta' diffikultajiet gravi"

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole télévision (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: O. Freget, N. Chahid-Nouraï, R. Lazerges u M. Potel, avukati); u Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J. P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Martenczuk, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Canal + (Issay-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentant: E. Guillaume, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiż (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A.-L Vendrolini, sussegwentement G. de Bergues u L. Butel, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther, D. Tayar, A. Giraud u S. Snoeck, avukati)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3506 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar il-proġett tal-għoti mir-Repubblika Franċiża ta' kapital ta' EUR 150 miljun lil France Télévisions SA, u talbiet sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura ta' investigazzjoni formali.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Métropole télévision (M6) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-568/08 kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn France Télévisions f'din il-kawża.

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-573/08 kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn France Télévisions f'din il-kawża.

Ir-Repubblika Franċiża u Canal + għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom fil-Kawżi T-568/08 u T-573/08.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.