Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Drex Technologies vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-61/19) 1

(“Rikors għad-danni – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenuta: il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża saebix jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u l-atti eżekuttivi sussegwenti, kif ukoll wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019 L 132, p. 36), sa fejun dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Drex Technologies SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 139, 15.4.2019.