Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Storck vs UASI (Forma ta' ġurdien taċ-ċikkulata)

(Kawża T-13/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' ġurdien taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Drittijiet tad-difiża"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u R. Manea, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Novembru 2008 (Każ R 185/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta' ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.