Language of document :

Sentenza tal‒Qorti Ġenerali tas‒26 ta’ Ottubru 2017 – HB vs Il‒Kummissjoni

(Kawża T-706/16 P) 1

(“Appell – Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2014 – Eżami komparattiv tal-merti – Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess – Żball ta’ liġi”)

Lingwa tal-kawża: il‒Franċiż

Partijiet

Appellant: HB (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15, EU:F:2016:164), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

HB għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

L-ispejjeż relattivi għall-proċedura tal-ewwel istanza jibqgħu maqsuma skont il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15).

____________

1     ĠU C 454, 5.12.2016.