Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2018 – Enoitalia vs EUIPO – La Rural Viñedos y Bodegas (ANTONIO RUBINI)

(Kawża T-707/16) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ANTONIO RUBINI – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti RUTINI – Raġuni relattiva għal rifjut – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enoitalia SpA (Calmasino di Bardolino, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: La Rural Viñedos y Bodegas SA Ltda (Capital Federal, l-Arġentina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1085/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn La Rural Viñedos y Bodegas u Enoitalia.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Enoitalia SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 419, 14.11.2016.