Language of document :

C_2017412MT.01003001.xml

4.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 –  WQ (*1) vs Il-Parlament

(Kawża T-705/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Proċedura 2014 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 165 TFUE - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2017/C 412/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: WQ (*1) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Appellat: Il-Parlament Eweropew (rappreżentanti: D. Nessaf u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016,  WQ (*1) vs Il-Parlament (F-1/16, EU:F:2016:171), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

 WQ (*1) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.