Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2012 - EyeSense vs UASI - Osypka Medical (ISENSE)

(Kawża T-207/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ISENSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EyeSense - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EyeSense AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Osypka Medical GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta' Frar 2011, (Każ R 1098/2010-4) rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn EyeSense AG u Osypka Medical GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EyeSense AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 194, 02.07.2011.