Language of document : ECLI:EU:T:2012:704





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2012 – Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑205/11)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Terminu tar-rikors — Tardività — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tal-pubblikazzjoni jew tan-notifika — Data li fiha l-att sar magħruf — Natura tardiva tar-rikors — Kontestazzjoni tad-data tad-dekorrenza tat-terminu — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 101 u 102(2)) (ara l-punti 13, 14, 19, 49, 51, 52)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tan-notifika tad-deċiżjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Preżentata tad-deċiżjoni lir-rappreżentazzjoni permanenti tal-Istat Membru kkonċernat — Konferma ta’ riċezzjoni fil-forma ta’ timbru fuq l-ittra ta’ trażmissjoni tad-deċiżjoni — Timbru li ma għandux firma jew inizjali — Notifika regolari li tibda tiddekorri t-terminu għall-preżentata tar-rikors — Assenza ta’ obbligu għall-Kummissjoni li tivverifika l-awtorizzazzjoni tal-persuna li tirċievi l-posta — Assenza ta’ rilevanza tar-regoli ta’ organizzazzjoni interni tar-rappreżentazzjoni permanenti (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2); Regolament tal-Kunsill 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 15, 25, 32-48)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”) (ĠU L 235, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall‑ispejjeż.