Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – LTTE vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11)1

(“Politika barranija u ta’Sigurtà Komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat – Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terzi li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi – Riferiment għal atti terroristiċi – Neċessità għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. Koppe, A.M. van Eik u T. Buruma, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti : fil-Kawża T 208/11, inizjalment M. Bulterman, N. Noort u C. Schillemans, sussegwentement, kif ukoll fil-Kawża T-508/11, C. Wissels, M. Bulterman u J. Langer, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti : inizjalment S. Behzadi-Spencer, H. Walker u S. Brighouse, sussegwentement S. Behzadi-Spencer, H. Walker u E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister) (intervenjenti biss fil-Kawża T-208/11); u Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u S. Boelaert, sussegwentement F. Castillo de la Torre u É. Cujo, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, fil-Kawża T-208/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 (ĠU L 28, p. 14), u, fil-Kawża T-508/11, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.DispożittivIr-Regolamenti ta’ Implementazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, Nru 1375/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2010, Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, u Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nri 610/2010, 83/2011, 687/2011, 1375/2011, 542/2012, 1169/2012, 714/2013 u 125/2014, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw il-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE).L-effetti tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 790/2014 jinżammu għal tliet xhur minn meta tingħata din is-sentenza.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ LTTE.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.