Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 – Roeckl Sporthandschuhe vs UASI – Roeckl Handschuhe & Accessoires (rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-537/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Baumann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Lulju 2013 sa fejn din laqgħet parzjalment l-ilment tal-intervenjent u rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 18 (ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, u oġġetti magħmula minn dawn it-tipi ta’ materjal, b’mod partikolari portmonijiet, portafolli tal-but, portafolli taċ-ċwievet, inklużi fil-klassi 18) u fil-klassi 25 (ħwejjeġ, b’mod partikolari ingwanti, inklużi fil-klassi 25);

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell, u tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrapreżenta id, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 - Trade mark Komunitarja Nru 6 961 965

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja figurattiva u t-trade mark Ġermaniża figurattiva “Roeckl”, li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ id, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċizjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009