Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2014 – Verein Natura Havel u Vierhaus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/13) 1

[“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Ittra ta’ intimazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tirrigwarda l-konformità tad-dritt Ġermaniż tal-avjazzjoni mad-dritt tal-Unjoni – Rijut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verein Natura Havel eV (Berlin, il-Ġermanja) u Hans-Peter Vierhaus (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Austilat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Martenczuk u C. Zadra, sussegwentement B. Martenczuk u J. Baquero Cruz, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad it-talba inizjali għal aċċess għal ittra ta’ intimazzjoni indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 258 TFUE u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal din l-ittra.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Verein Natura Havel eV u Hans-Peter Vierhaus huma kkundannati għall-ispejjeż.