Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2013 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DK Recycling und Roheisen GmbH (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Altenschmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [C (2013) 5666] (ĠU L 240, p. 27), sa fejn din tirrifjuta l-inklużjoni ta’ installazzjonijiet identifikati fil-punt A u fil-punt D tal-Anness I flimkien mal-identifikaturi tal-installazzjoni DE000000000001320 u DE-new-14220-0045 fil-lista li l-Ġermanja ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, bejn l-installazzjonijiet inklużi fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ammonti totali preliminari annwali rilevanti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawk l-installazzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka il-motivi li ġejjin:

Sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE 2 . Minn naħa, hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, ma hijiex motivata.

Sa fejn iċ-ċaħda tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ emissjoni lill-installazzjonijiet tar-rikorrenti tkun ibbażata fuq il-fatt li l-Ġermanja tathom allokazzjoni provviżorja ta’ kwoti mingħajr ħlas bħala kumpens għal rekwiżit eċċessiv, ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għall-opinjoni tal-Kummissjoni, l-assenjazzjoni ma tmurx kontra d-Deċiżjoni 2011/278. Hija tindika li, fi kwalunkwe każ, hija dovuta allokazzjoni għal diffikultajiet eċċezzjonali minħabba piż żejjed, bħala riżultat tal-kummerċ tad-drittijiet ta’ emissjonijiet taħt il-garanziji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari drittijiet għal-libertà tal-intrapriża u tal-proprjetà, u għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.Sa fejn iċ-ċaħda tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ emissjoni lill-installazzjonijiet tar-rikorrenti tkun ibbażata fuq il-fatt li l-Ġermanja tathom allokazzjoni proviżorja ta’ kwoti mingħajr ħlas bħala kumpens għall-produzzjoni ta’ konċentrat taż-żingu fil-kalkara ta’ funderija tar-rikorrenti fuq il-bażi ta’ komponenti ta’ sistema għal emissjonijiet minn proċess ta’ produzzjoni, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija inkompatibbli mad-Deċiżjoni 2011/278 u li r-raġunijiet tad-Deċiżjoni huma kontradittorji u insuffiċjenti.Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega ksur tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni effettiva, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni, ir-rikorrenti ma ng

ħatatx l-opportunità li tagħti l-opinjoni tagħha.

____________

____________

1 Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631). Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Di