Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-561/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka –Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu għall-prodotti li għalihom it-trade mark ġiet irreġistrata”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u P. Ruess, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 425/2020-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio u Sony Interactive Entertainment Europe.

Dispożittiv 

Ir-rikors huwa miċħud.

Sony Interactive Entertainment Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 371, 3.11.2020.