Language of document : ECLI:EU:T:2013:91





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Besselink vs Il-Kunsill

(Kawża T‑331/11)

“Irtirar ta’ dokument”

Proċedura — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba ta’ rtirar mill-proċess ta’ dokumenti interni ta’ istituzzjoni — Dokumenti miksuba b’mod irregolari — Żamma fil-proċess — Kriterji (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64) (ara l-punti 11, 12)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-1 ta’ April 2011, li tirrifjuta l-aċċess komplet għad-dokument Nru 9689/10, li jinkludi abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Dispożittiv

1)

Id-dokument tal-Kunsill DS 1930/10, tat-22 ta’ Diċembru 2010, li jippreżenta dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni, li jinsab fl-Anness A.13 tar-rikors kif ukoll is-silta mill-imsemmi dokument li tinsab fil-punt 44 tar-rikors, għandhom jiġu rtirati mill-proċess.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.