Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2013 – Sharp vs UASI (BIG PAD)

(Kawża T-567/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 2131/2012-2;

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIG PAD” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 887 231Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.