Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2014 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, J. Vitáková, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2013) 7615, tat-13 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba [applikazzjoni] għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevvist fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 (Pomazánkové máslo [butir sabiex jiddellek] (STG)), u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 50 u 52 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1151/2012. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma eżaminatx l-osservanza tal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” [butir sabiex jiddellek] bħala speċjalità tradizzjonali garantita, u li hija rrifjutat l-applikazzjoni għal raġuni differenti min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet.

____________

1 Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)