Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/14) 1

(“Sistema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti – Regolament (UE) Nru 1151/2012 – Ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem ‘pomazánkové máslo’ (butir li jiddellek) bħala speċjalità tradizzjonali ggarantita – Rabta’ mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu tal-isem li taħtu jiġi mibjugħ il-prodott ‘butir’”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u J. Vitáková, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Guillem Carrau, Z. Malůšková u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/658/UE, tat-13 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevvist fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pomazánkové máslo (STG)] (ĠU L 305, p. 22).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.