Language of document : ECLI:EU:T:2012:691

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

13 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑199/11 P

Guido Strack

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikoli 17, 17a, 19 u 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġu żvelati dokumenti — Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġi ppubblikat test — Talba għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu użati konstatazzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 90a tar-Regoli tal-Proċedura”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011, Strack vs Il‑Kummissjoni (F‑132/07), u li huwa intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. G. Strack huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. G. Strack huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal l-ammont ta’ EUR 2 000 sabiex jirrimborsa parti mill-ispejjeż li dan tal-aħħar kellu jsostni.

Sommarju

1.      Proċedura ġudizzjarja — Assenjazzjoni mill-ġdid ta’ kawża minħabba restrutturazzjonijiet interni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali — Assenza

(Regoli tal-Proċedura għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 12 sa 14)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Awtorità ta’ res judicata — Portata

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Osservanza żgurata mill-qorti tal-Unjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Dritt għal smigħ xieraq — Portata

(Artikolu 6(3) TUE)

4.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11)

5.      Rikorsi tal-uffiċjali — Att li jikkawża preġudizzju — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

6.      Rikorsi tal-uffiċjali — Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))

7.      Uffiċjali — Drittijiet u obbligi — Żvelar ta’ informazzjoni marbuta mas-servizz — Obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Modalitajiet tat-talba għal żvelar ta’ dokument — Neċessità li l-amministrazzjoni tiġi adita b’talba biżżejjed preċiża

(Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, Artikoli 17 u 19)

8.      Uffiċjali — Drittijiet u obbligi — Żvelar ta’ informazzjoni marbuta mas-servizz — Proċeduri marbuta ma’ talbiet għal żvelar ta’ dokumenti li jaqgħu taħt l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal — Inapplikabbiltà tal-prinċipji li japplikaw fil-kuntest tar-Regolament Nru 1049/2001

(Artikolu 339 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11, 12, 17, u 19; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 2(1))

9.      Uffiċjali — Drittijiet u obbligi — Libertà ta’ espressjoni — Proċedura — Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11, 12, 17 u 19)

10.    Uffiċjali — Drittijiet u obbligi — Dmir ta’ lealtà — Kunċett — Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 11)

11.    Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni

12.    Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż ġudizzjarji — Spejjeż fiergħa jew vessatorji imposti fuq il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ appell — Uffiċjal ikkundannata għar-rimbors tal-imsemmija spejjeż

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 90(a))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 26 sa 30)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, Ġabra p. I-8375, punti 33 sa 39; 2 ta’ Ottubru 2003, Salzgitter vs Il‑Kummissjoni, C‑182/99 P, Ġabra p. I‑10701, punti 28 sa 37

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 43)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 30 ta’ Settembru 2003, Köbler, C‑224/01, Ġabra p. I‑10239, punt 38; 29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu C‑526/08, Ġabra p. I-6151, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 67 sa 69)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 15 ta’ Diċembru 2011, Altner vs Il‑Kummissjoni, C‑411/11 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 13 sa 15 u l-ġurisprudenza ċċitata

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 74, 75, 169 u 172)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 10 ta’ Lulju 2001, Ismeri Europa vs Il-Qorti tal-Awdituri, C‑315/99 P, Ġabra p. I‑5281, punt 19; 6 ta’ April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni, C‑551/03 P, Ġabra p. I‑3173, punt 54; 9 ta’ Diċembru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, C‑528/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 51; 2 ta’ Settembru 2010; Il-Kummissjoni vs Deutsche Post, C‑399/08 P, Ġabra p. I‑7831, punt 64; 10 ta’ Frar 2011, Activision Blizzard Germany vs Il-Kummissjoni, C‑260/09 P, Ġabra p. I‑419, punt 53

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 16 ta’ Diċembru 2010, Lebedef vs Il-Kummissjoni, T‑52/10 P, punt 73

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 127 u 150)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 10 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Alvarez Morena, C‑373/04 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 3 ta’ April 1990, Pfloeschner vs Il-Kummissjoni, T‑135/89, Ġabra, p. II-153, punt 11; 6 ta’ Ġunju 1996, Baiwir vs Il-Kummissjoni, T‑391/94, ĠabraSP p. I-A-269 u II-787, punt 34; 18 ta’ Ġunju 1996, Vela Palacios vs CES, T‑293/94, ĠabraSP p. I‑A‑305 u II-893, punt 22; 29 ta’ Ġunju 2004, Hiyonnet vs Il‑Kunsill, ĠabraSP p. I-A-305 u II-893, punt 16; 9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑144/08 Ġabra SP, p. I-A-2-51 u II-A-2-341, punt 25

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

            (ara l-punti 129 u 130)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 12 ta’ Marzu 1975, Küster vs il-Parlament, 23/74, Ġabra p. 353, punt 11

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 11 ta’ Ġunju 1996, Sánchez Mateo vs Il‑Kummissjoni, T‑110/94, ĠabraSP p. I-A-275 u II-805, punt 26; 5 ta’ Lulju 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑9/04, ĠabraSP p. I‑A-195 u II-881, punt 36

7.      L-awtorità adita b’talba għal awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni bbażata fuq l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tipproċedi b’eżami ddettaljat tal-elementi kollha tal-kawża u b’ibbilanċjar tal-interessi preżenti sabiex tiddetermina liema mill-interessi tal-Unjoni jew tal-interess pubbliku li tiġi riċevuta informazzjoni għandha tipprevali. F’dan il-kuntest, huwa l-uffiċjal li qed jitlob l-awtorizzazzjoni li għandu jipprovdi kull informazzjoni utli, b’mod partikolari dwar id-dokumenti preċiżi kkonċernati, il-portata tax-xandir tagħhom u l-għan segwit, sabiex l-awtorità adita tkun tista’ tiddeċiedi. Dan id-dmir ta’ preċiżazzjoni jirriżulta mill-istruttura stess tal-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda wkoll mir-relazzjoni ta’ fiduċja partikolari li teżisti bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u mid-dmir, impost fuq l-uffiċjali, ta’ kooperazzjoni leali ma’ din tal-aħħar, fuq il-bażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-imsemmi dmir ta’ preċiżazzjoni jimponi fuq l-uffiċjal li qed jitlob awtorizzazzjoni intiża għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jidentifika b’mod preċiż u individwali kull dokument, billi jipprovdi wkoll deskrizzjoni ta’ kull dokument u billi jindika l-motiv tal-pubblikazzjoni, biex b’hekk l-awtorità adita tkun tista’ tipproċedi b’mod effikaċi għall-eżami tat-talba għal pubblikazzjoni. Id-dmir li jiġi identifikat l-għan tal-pubblikazzjoni ma jikkostitwixxix obbligu ta’ ġustifikazzjoni tat-talba dwar l-istħarriġ tal-fondatezza ta’ din tal-aħħar. Ir-rekwiżit ta’ preċiżazzjoni tat-talbiet fid-dawl tal-għan tal-pubblikazzjoni jidħol f’kuntest iktar ġenerali u jikkundizzjona l-possibbiltà li jsir l-eżami tat-talba, b’mod li jaqa’ taħt l-istħarriġ tal-ammissibbiltà ta’ din tal-aħħar.

(ara l-punti 131 u 132)

8.      Prinċipji li japplikaw fil-kuntest tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ma jistgħux jiġu trasposti għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jaqgħu taħt l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fatt, ir-Regolament Nru 1049/2001 għandu bħala għan li jagħti dritt ta’ aċċess lill-pubbliku ġenerali għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(1), tal-imsemmi regolament, il-benefiċjarji tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huma ċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu fl-Unjoni jew li għandhom is-sede tagħhom fl-Unjoni. Ir-Regolament Nru 1049/2001 jirregola, bħala regola ġenerali, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni maċ-ċittadini tagħha, filwaqt li r-Regolamenti tal-Persunal jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha. Id-differenza bejn il-proċeduri tar-Regolament Nru 1049/2001, minn naħa, u l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal, min-naħa l-oħra, hija ġġustifikata mir-relazzjoni ta’ fiduċja partikolari li teżisti bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha, iżda li ma teżistix, taħt l-istess forma, fir-rigward taċ-ċittadini kkonċernati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rekwiżiti differenti fl-ipproċessar tat-talbiet għal pubblikazzjoni fil-kuntest tal-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal huma meħtieġa sabiex tinżamm din ir-relazzjoni ta’ fiduċja u sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu f’pożizzjoni li jħarsu li l-uffiċjali jirregolaw l-aġir tagħhom billi jżommu quddiemhom l-interessi tal-istituzzjonijiet u l-obbligi imposti fuqhom skont l-Artikolu 339 TFUE. Għalhekk, hija n-natura stess tal-proċeduri rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal li tippermetti li jiġu imposti kundizzjonijiet differenti għat-talbiet ta’ pubblikazzjoni mressqa mill-uffiċjali dwar l-informazzjoni li huma kellhom għarfien dwarha fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħhom, meta mqabbla ma’ dawk imressqa miċ-ċittadini.

(ara l-punt 134)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 137 sa 139)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 13 ta’ Diċembru 1989, Oyowe u Traore vs Il‑Kummissjoni, C‑100/88, Ġabra, p. 4285, punt 16; 6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni, C‑274/99 P, Ġabra p. I-1611, punti 40 u 43 sa 46

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 179 u 180)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 217 u 218)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 17 ta’ Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il‑Kummissjoni, C‑185/95 P, Ġabra p. I-8417, punt 29; 26 ta’ Marzu 2009, Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑146/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 229 sa 232)