Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Makk vs EUIPO – Ubati Luxury Cosmetics (PANTA RHEI)

(Kawża T-501/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark PANTA RHEI – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea PANTA RHEI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Makk (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u L. Lapinskaite, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ubati Luxury Cosmetics, SL (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: C. Vendrell, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2337/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ubati Luxury Cosmetics u S. Makk

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stefan Makk huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 320, 28.9.2020.